L-UKRAJNA: Uffiċjal Ukren qal li l-eks-President Viktor Yanukovych u dawk li kienu l-ogħla uffiċjali, kisbu ċ-ċittadinanza Russa.
Anton Herashchenko, l-assistent tal-Ministru għall-Intern, kiteb fuq Facebook li l-President Vladimir Putin iffirma “digriet sigriet” li permezz tiegħu ċ-ċittadinanza Russa ngħatat lil Yanukovych, lill-eks-Prim Ministru Mykola Azarov, lill-eks-Prosekutur Ġenerali Viktor Pshonka u lill-membri tal-familji tagħhom.
L-Ukrajna nediet investigazzjonijiet kriminali kontra l-ogħla tliet eksuffiċjali, u akkużathom dwar qtil ta’ dimostranti mhux armati. It-tlieta li huma ħarbu mill-Ukrajna wara protesti kontra l-gvern fl-aħħar ta’ Frar. Meta kellem lill-istazzjon tar-radju Ekho Moskvy, Dmitry Peskov, is-segretarju għall-media tal-President Putin, irrifjuta li jikkummenta dwar l-istqarrija ta’ Herashchenko.
//= $special ?>