Sport Sport Ieħor

L-istaġun jibda nhar il-Ġimgħa

DARTS: Il-Ġimgħa 10 ta’ Ottubru jibda l-istaġun tad-darts, b’kompetizzjonijiet nazzjonali organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts (MDA) mifruxa fuq tlett diviżjonijiet.

Fl-Ewwel Diviżjoni ċ-Champions tal-istaġun li għadda Floriana Ajax, se jkollhom sfida ewlenija mit-tim tal-Kalkara St. Joseph BC, tim li ġie iffurmat mit-timijiet ta’ Pawla Wolves u Zabbar SC, li sa l-istaġun li għadda kienu timijiet separati.

Bla dubju Marsa St. Micheal’s se jkunu wkoll sfidanti, filwaqt li Buħibba Boċċi Club, jistgħu jagħmlu xi sorpriża. It-timijet l-oħra li jagħmlu parti mill-Ewwel Diviżjoni, huma Juventus Vero Amore, u t-timijiet promossi ta’ Għaxaq St. Joseph BC, Po’s Bar u tim ieħor ta’ Floriana Ajax, biex din l-għaqda issa għandha żewġ timijiet fl-ogħla diviżjoni.

It-Tieni Diviżjoni jidher li se tkun waħda interessanti ħafna. It-timijiet promossi ta’ Education Bar A u Bormla Boċċi club, se jsibu sfida kbira mit-timijiet relegati l-istaġun li għadda Beland BC, u Manchester Conquest Pub . Ma’ dawn insibu wkoll timijiet li jistgħu jisfidaw bħal Juventutis Domus taż-Zejtun, Cox Sport Club, Xuereb Installations u Floriana Ajax SC.
Fit-Tielet Diviżjoni hemm Education Bar rappreżentati minn żewġ timijiet, Bormla Boċċi Club u Cospicua Rangers.

Ma’ dawn hem ukoll Mosta Boċċi Club, Po’s Bar ‘B’ u t-tim ġdid ta’ Mqabba St. Marija BC.