IL-KOREA TA’ FUQ: Skont sorsi fi Pyongyang, it-tmexxija fil-Korea ta’ Fuq qajmet tħassib dwar l-istabbilta’ tar-reġim ta’ Kim Jong-un.
Hi u tikkwota sorsi fi ħdan il-Korea ta’ Fuq, il-websajt New Focus International irrappurtat li ma jistgħux isiru passes ġodda għall-ivjaġġar sabiex wieħed jitlaq jew jidħol fi Pyongyang.
U filwaqt li l-awtoritajiet tal-Korea ta’ Fuq kienu fil-passat illimitaw l-aċċess fil-kapitali, l-aħħar restrizzjonijiet ukoll japplikaw għal residenti permanenti ta’ Pyongyang, li huma l-elite tar-reġim.
Din it-tip ta’ azzjoni qed tissuġġerixxi li jew kien hemm attentat ta’ kolp ta’ stat jew inkella l-awtoritajiet sabu xi forma ta’ kumplott kontra t-tmexxija.
Eks fizzjal fis-servizz sigriet tal-Korea ta’ Fuq stqarr li Kim Jong-un m’għadux fil-kontroll tan-nazzjon u issa hu biss ‘mexxej-pupazz’.
Jang Jin-sung qal li Kim Jong-Un , fil-verita’ kien tneħħa mill-poter is-sena li għaddiet u li t-tmexxija politika fil-Korea ta’ Fuq tinsab ikkontrollata mill-Dipartiment tal-Organizzazzjoni u l-Gwida, li kienet tirrapporta direttament lil Kim Jong-il, missier Kim Jong-un.
//= $special ?>