Ħafna spejjeż żejda minħabba li l-Pulizija ma ħarġitx permess għall-avveniment ta’ drifting King of Kings li kellu jibda l-Ġimgħa, wara oġġezzjoni min-naħa tal-MEPA.
Sostna dan l-organizzatur Adrian Figallo li qal li l-pożizzjoni tal-MEPA kienet li ma jkunx hemm oġġezzjoni sakemm l-avveniment ikollu l-permessi u l-poloz tal-assigurazzjoni meħtieġa, xi ħaġa li l-organizzaturi għandhom. Iżda, għal xi raġuni il-MEPA biddlet kollox u oġġezzjonat għall-permess ta’ din l-attivita’ għaliex il-post fejn kienet se ssir, il-Kumpless Monte Kristo, għandu avviż ta’ infurzar.
Hu qal li r-reputazzjoni tagħhom marret lura partikolarment mal-parteċipanti barranin minħabba d-deċiżjoni tal-MEPA.
//= $special ?>