Ftit tas-sigħat oħra se jingħata bidu għal Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, li din id-darba se jsir fl-Imġarr, Għawdex.
Kunsill li mistenni jiddiskuti numru ta’ suġġetti li huma fil-qofol tal-Partit Nazzjonalista, fosthom bis-sehem tal-mexxejja tal-entitajiet li l-partit għandu fi ħdanu, inkluż l-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista, l-Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista, l-Assoċjazzjoni Pensjonanti Anzjani Nazzjonalisti, s-Solidarjeta’ Ħaddiema Partit Nazzjonalista, il-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista u l-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, is-Segretarju Ġenerali Chris Said u l-għola uffiċjali tal-partit se jkunu preżenti.
Il-Kunsill jibda fl-4pm, bid-diskors tal-President tal-Kunsill Paola Mifsud Bonnici u mbagħad il-qari tal-minuti mill-Assistent Segretarju Ġenerali Jean Pierre Debono.
//= $special ?>