Għandha tkun il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista li jitmexxa b’mod serju u professjonali biex meta jasal il-waqt, ikun jista’ jippreżenta lilu nnifsu bħala Gvern alternattiv.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said qal dan fid-diskors tiegħu waqt il-Kunsill Ġenerali, fejn tkellem dwar il-proċess ta’ tiġdid fi ħdan il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar sena u nofs. Irrefera wkoll għat-triq ‘il quddiem.
Hu qal li wara r-riżultat tal-elezzjoni, beda vjaġġ li llum qed jissarraf f’riżultati pożittivi bil-finanzi tal-Partit li qed jitjiebu u b’midja sostenibbli. Semma kif għad fadal ħafna xogħol xi jsir biex meta jasal il-waqt, il-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jippreżenta lilu nnifsu bħala Gvern alternattiv.
F’messaġġ dwar Għawdex, Chris Said appella biex il-Partit Nazzjonalista jibqa’ viċin il-poplu Għawdxi, filwaqt li kkundanna l-Gvern Laburista li matul din il-leġislatura abbanduna lil Għawdex, għajr xi korp tal-ħaddiema bħal “Ħaddar u Sebbaħ”, filwaqt li kkundanna l-mod kif il-Gvern impjega 180 persuna qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, iżda li tilfu l-impjieg tagħhom ftit xhur wara.
Waqt il-Kunsill Ġenerali tkellem ukoll il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Partit Beppe Fenech Adami, li rrefera għall-importanza tal-valuri tas-solidarjeta’, l-ugwaljanza, id-demokrazija u li kulħadd jingħata l-opportunita’. Għall-kuntrarju ta’ Gvern li qed jittanta l-prinċipji tad-demokrazja.
Beppe Fenech Adami, li bħalissa jinsab għaddej minn mument diffiċli f’ħajjtu, qal li hekk kif jirritorna lura minn barra minn Malta fejn se jingħata l-kura, se jkompli jaħdem bis-sħiħ
Min-naħa tiegħu, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Parlament Mario de Marco qal li Partit b’saħħtu għandu jaħres ‘il quddiem u jara x’hinuma l-aspirazzjonijiet tal-generazzjonijiet tal-lum biex issir hidma sfieqa biex dawn l-aspirazzjonijiet isiru realta’. B’kuntlarju għal Gvern li qed japplika politika popolista u li tinqeda bil-pjaciri u minghajr trasparenza.
Mario de Marco tenna l-impenn tal-Partit Nazzjonalista li jkun partit li jilqa’ d-diversita, anke’ fit-twemmin reliġjuż. Temm jghid li meta l-poplu jdur fuq il-Partit Nazzjonalista biex jiggverna, dan ghandu jkun lest li jghid ‘IVA’.
//= $special ?>

