Għas-sitt sena konsekuttiva, il-belt Valletta se tibqa’ mixgħula għal-lejl sħiħ ta’ divertiment u ħajja.
Hekk kif kollox jinsab lest għal-lejla, Notte Bianca 2014 mistennija tkun okkażjoni oħra biex il-pubbliku jgawdi x-xenarju tal-kapitali Maltija f’ambjent ta’ ċelebrazzjoni.
Bħal kull sena, il-pubbliku se jkollu aċċess b’xejn għal palazzi statali, il-mużewijiet u esebizzjonijiet tal-arti ta’ kull tip, minn Bieb il-Belt sa Forti Sant’Iermu.
Dan minbarra li r-ristoranti u stabbilimenti se jkunu qed jiftħu sa tard bil-lejl.
//= $special ?>