Matul il-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt kien hemm inċidenti serji bejn dimostranti u l-Pulizija fit-toroq ta’ Hong Kong. Tal-anqas 19-il persuna kienu miżmuma mill-Pulizija Ċiniża. Dan wara rapporti li kriminali tqabbdu mill-awtoritajiet biex jaqilgħu l-inkwiet u jipprovokaw lil dawk li qed jipprotestaw paċifikament favur id-demokrazija.
Bħala reazzjoni għall-inkwiet thassru negozjati li kellhom isiru bejn iż-żewġ nahat u issa hemm inċertezza kbira dwar x’se jiġri.
//= $special ?>

