Kunsilliera, Deputati u rappreżentanti tal-fergħat tal-Partit Nazzjonalista trattaw suġġetti varji waqt interventi matul il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista f’Għawdex.
Id-Deputat Giovanna Debono tkellmet dwar il-mod kif il-Partit Nazzjonalista huwa partit li matul iż-żmien tejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Habbret li minħabba raġunijiet personali mhux se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Ahbar simili mid-deputat Frederick Azzopardi li qal li mhux se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali, iżda li zgur se jibqa’ jimmilita fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Sahaq kif il-politika m’ghandiex tkun ta’ konvenjenza, izda ta’ twemmin genwin.
Id-deputat Ryan Callus tratta l-qasam tal-artijiet, fejn sahaq li l-Labour ghandu jirritorna lura l-propjetajiet pubblici li ghandu f’idejh u rrefera ghall-iskandli tal-Australia Hall u l-Cafe’ Premier.
George Pullicino min-naha tieghu tkellem dwar in-nuqqas ta’ serjeta’ fil-qasam tal-ambjent u wegħdi li ma nżammux, bhall-weghda li ma jibqax jintuza heavy fuel oil. Semma wkoll promozzjonijiet għal tal-qalba fl-Enemalta fost l-oħrajn.
Richard Muscat mill-Kulleġġ eks-Kandidati qal li dan il-kullegg sar biex tinghata opportunita’ biex l-esperjenzi tal-eks-kandidati tintuza fl-aħjar interess tal-Partit Nazzjonalista.
Marion Pace Asciaq mill-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista tat rendikont ta’ kif qed jitwettaq studju komparattiv dwar is-sehem tan-nisa fil-Partit Nazzjonalista. Graham Bencini mill- Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista spjega l-irwol ta’ dan il-forum, fosthom li l-Partit Nazzjonalista joqrob aktar lejn il-professjonisti.
Herbert Messina Ferrante mill-Assoċjazzjoni Pensjonanti Anzjani Partit Nazzjonalista li fisser li l-volontarjat tal-anzjani sarraf f’ħidma imprezzabbli. Denis Vella mill-Moviment Solidarjeta’ Ħaddiema Partit Nazzjonalista spjega li dan il-movument għandu jkun it-tarka tal-ħaddiema Maltin u Għħawdxin
Kevin Cutajar enfasizza l-importanza tal-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista li dejjem jibqa’ jkollhom kontribut x’jagħtu lill-Partit. Graziella Schembri mill-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista tkellmet dwar l-enerġija li għandu l-Forum bil-għan li ssir ħidma kontra kwalunkwe’ diskriminazzjoni li tista’ ssir.
Graziella Galea mill-Kulleġġ Kunsilliera Partit Nazzjonalista fissret kif kien il-Partit Nazzjonalista li dejjem emmen fil-Kunsilli Lokali, kuntlarju għall-Partit Laburista filwaqt li Andre’ Grech spjega l-mod kif il-forum fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li jirrappreżenta lis-self-employed u n-negozji għandu l-għan li jfassal politika li ssostni lin-negozji.
Matthew Agius mill-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista tkellem dwar il-ħidma tal-MŻPN anke’ f’Għawdex, permezz ta’ kumitati distrettwali. Min-naha tieghu Joe Chircop mill-Kumitat Reġjonali t’Għawdex rrefera għal dan il-Kumitat li għandu jservi ta’ pond bejn il-Partit Nazzjonalista u l-poplu Għawdxi.
Jeremy Cardona indirizza għall-ewwel darba lill-Kunsill Ġenerali li tkellem dwar l-irwol li ż-żgħażagħ għandu jkollhom fil-politika. Maria Xerri, għawdxija li wkoll indirizzat il-Kunsill Ġenerali għall-ewwel darba tkellmet dwar it-turiżmu f’Għawdex.
Karl Buttigieg, zgħażugħ Għawdxi, ddeplora l-mod kif il-Gvern Laburista qed jonqos milli jwettaq il-wegħdiet tiegħu għal Għawdex filwaqt li Sarah Xiberras, li hija Ambaxxatriċi għaż-Żgħażagħ f’Kerċem, tkellmet dwar il-Vot 16 u b’diżżappunt qalet li ma tafx jekk hux se tinghata l-vot is-sena d-diehla fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Intant, Samuel Azzopardi ffoka fuq l-isfida tan-nuqqas ta’ xogħol u nuqqas t’opporunitajiet f’Għawdex partikolarment għaż-żgħażagħ Għawdxin.
//= $special ?>