Ambjent Lokali

Park għall-Klieb f’Ta’ Qali

Wara li fl-2012 kien infetaħ l-ewwel park għall-klieb f’Malta, dalgħodu ġie inawgurat it-tieni park għall-klieb ġewwa Ta’ Qali.

Il-park, li ġie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes jinkludi attrazzjonijiet għall-klieb biex dawn ikunu jistgħu jilgħabu. Madanakollu, fil-park inawgurat illum jistgħu jittieħdu biss klieb kbar, ta’ il fuq minn 12 il-kilo.

Apparti minn hekk, ġew inawgurati wkoll żewġ ambulanzi ġodda għall-annimali.