Knisja

Sinodu Straordinarju għada f’Ruma

Għada Isqfijiet minn madwar id-dinja se jiltaqgħu f’Ruma għas-Sinodu Straordinarju dwar ‘L-isfidi pastorali tal-familja fil-kuntest tal-evanġelizazzjoni’, li se jsir bejn il-5 u d-19 ta’ Ottubru li ġej. L-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech jinsab f’Ruma fejn attenda wkoll laqgħa mal-Isqfijiet Ewropej.

Waqt il-programm Newsdesk fuq Radio 101 immexxi minn Jerome Caruana Cilia, l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech tkellem dwar l-irwol tal-familja għal soċjeta’ b’saħħitha.

L-Isqof Grech semma’ kif is-sinodu se jaħdem dwar kif il-familja tista’ tiffaċċja l-isfidi li qed tiltaqa’ magħhom.

L-Isqof Mario Grech, flimkien ma isqfijiet oħrajn, kellu laqgħa mal-Papa Franġisku li fiha spjega l-importanza u l-ġmiel tal-familja fis-soċjeta’ u dwar kemm il-kapaċita’ ġenerattiva tal-familja fl-Ewropa naqset.

L-Isqfijiet Maltin qed iħeġġu sabiex fil-komunitajiet parrokkjali u fid-djar tagħna, waqt il-ġranet tas-Sinodu jsir talb speċjali sabiex minnu joħrog il-ġid.