Kultura Lokali

Eluf joħonqu t-toroq storiċi tal-kapitali

Suċċess ieħor għall-attivita’ Notte Bianca, appuntament li llum sar wieħed annwali u li din is-sena fakkar id-disa’ edizzjoni tiegħu u s-sitt darba li kien organizzat suċċessivament.

Eluf ta’ persuni, Maltin u turisti, ilbieraħ ħonqu t-toroq storiċi tal-kapitali, il-belt Valletta, fejn setgħu jgawdu mill-ambjent ħaj li hu l-karatteristika prinċipali ta’ din il-festa mdawwla.

B’aċċess b’xejn għal mużewijiet, il-palazzi statali, spettakli fit-toroq u numru ta’ esebizzjonijiet tal-arti, il-pubbliku kellu ċ-ċans iżur postijiet fil-belt Valletta li s-soltu jkunu magħluqin. Fatt, li sena wara oħra, ikompli jagħmel din iċ-ċelebrazzjoni waħda popolari ħafna.

Dan minbarra l-għadd sabiħ ta’ ristoranti u ħwienet li baqgħu miftuħin sas-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.