Mijiet ta’ dilettanti bejn is-Sibt u l-Hadd kienu Ħal-Far fejn fi tmiem din il-ġimgħa fil-faċilitajiet tal-Malta Drag Racing Association qed issir il-King of The Kings Superfinal Malta kompetizzjoni tad-Drifting bl-aħjar element5i fl-Ewropa. F’din il-kompetizzjoni, minbarra t-timijiet Maltin qed jieħdu sehem ukoll bosta parteċipanti barranin mill-Ewropa fosthom anke mill-Greċja, l-Polonja u l-Irlanda. Ilbieraħ saru l-kwalifikazzjoni waqt li dalgħodu saru l-warmups u wara saret il-finali.
L-organizzaturi kellhom biċċa xogħol ferm iebsa li jsibu post adekwat fejn jorganizzaw din il-komptizzjoni wara li ma tħallewx jużaw il-kumpless ta’ Montekristo fejn orġinarjament kellha ssir il-kompetizzjoni. Preżenti għal din l-attività kien hemm anke Robert Cutajar, il-Kelliem għaż-Żgħażagħ u l-Isport.
//= $special ?>

