Lokali

Paniku fil-Port Ħieles

Mumenti ta’ paniku fil-Port il-Ħieles f’Birżebbuġa bil-maltempata li laqtet lill-gżejjer Maltin għall-ħabta ta’ nofsinhar wasslet biex numru ta’ containers ittajjru minn fuq xulxin u għelbu mal-art.

Ir-riħ qawwi u l-mewġ wassal ukoll biex vapur li kien marbut mal-moll inqala’ mill-poppa wara li nqatgħu l-ħbula li kienu qed iżommuh.

Ħaddiema li tkellmu magħna spjegaw it-tensjoni u biża’ li kien hemm f’dawn il-mumenti ta’ periklu għalihom. Fakkru li kienu imqar kontejner minn dawk li waqgħu laqat xi vettura jew xi ħaddiem, illum kienet tiġri traġedja.

L-istess ħaddiema li tkellmu magħna staqsew dwar x’miżuri ta’ saħħa u sigurta’ jeżistu fil-Port Ħieles u kemm verament il-management hu ppreparat għal okaażjonijiet bħal dawn.