Internazzjonali Knisja

Sinodu ta’ ġimgħatejn dwar il-familja

Il-Papa Frangisku u aktar minn mitejn isqof qed jiltaqgħu l-Vatikan fejn qed jiddiskutu wħud mill-aktar kwistjonijiet li qed jolqtu lill-Knisja Kattolika.

Matul dan is-sinodu se jkunu diskussi l-abort, il-kontraċettivi, l-omosesswalita’ u d-divorzju.

Dan is-sinodu straordinarju se jdum ġimagħtejn u laqgħa oħra se ssegwi s-sena d-dieħla.

Il-Papa Franġisku jrid lill-isqfijiet biex verament jisimgħu lill-komunita’ kattolika. Il-Kap tal-Knisja Kattolika qed jittama li l-isqfijiet ikollhom diskussjoni serja, miftuħa u fraterna li tirrispondi għar-realtajiet li l-familji qed jesperjenzaw illum.