Internazzjonali Saħħa

Aktar żviluppi dwar l-Ebola

Fl-Olanda, hemm allarm wara li raġel minn Sierra Leone ddaħħal l-isptar fuq suspetti li jista’ jkollu l-Ebola. It-testijiet fuq ir-raġel bdew wara li s-Sibt li għadda, hu wasal f’Amsterdam.

Sadanittant, fl-Istati Uniti r-raġel mil-Liberja li nstab li kellu l-Ebola wara li wasal f’Texas qed jaqleb għall-agħar. Madankollu, anke jekk ifieq, dan jista’ jkollu l-problemi minħabba li l-awtoritajiet qed jikkunsidraw li jieħdu passi kontrieh talli gideb fi kwestjonarju li kellu jimla qabel daħal fil-pajjiż.