Hi realtà li aktar ma jgħaddi ż-żmien, id-dinja aktar qed issir elettronika. Dan ifisser li b’mod ġenerali u xi kultant mingħajr ma nirrealizzaw, sirna nużaw dejjem aktar it-teknoloġija fil-ħajja tagħna. Anke n-negozji huma parti minn soċjetà elettronika u f’dan il-każ, illum ħafna negozji ma tantx jistgħu jibqgħu kompetittivi jekk ma jinvestux fit-teknoloġija.
Għalhekk nibtet l-idea ta’ eBIZ, li hu proġett f’ħidma bejn il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Intrapriżi ż-Żgħar mal-kumpanija TCTC. eBIZ hu indirizzat l-aktar għal negozji tal-familja, Managers ta’ kumapniji żgħar u medji, sidien ta’ ħwienet, self-employed u anke dawk li huma interessati li jitgħallmu dwar is-settur tan-negozju.
F’konferenza tal-aħbarijiet biex jitnieda dan il-proġett, u li għaliha attendew il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni Kristy Debono, ingħad li bejn l-2008 u l-2013 in-negozji ż-żgħar u medji żdiedu b’4,800 u ħolqu 7,000 job ġdid.
L-applikazzjonijiet se jiftħu l-Ġimgħa li ġej u għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku ebiz.com.mt.
//= $special ?>