Internazzjonali

Infermiera Spanjola suspettata li għandha l-Ebola

Infermiera Spanjola li kkurat vittma tal-Ebola f’Madrid hi suspettata li hi l-ewwel persuna li nħakmet mill-virus ‘il barra mill-Afrika.

L-infermiera ġiet ittestjata pożittiva għall-Ebola f’testijiet bikrija u t-tobba qed jistennew l-aħħar riżultati. Hi kienet membru ta’ tim li kkuraw lis-saċerdot Spanjol Manuel Garcia Viejo, li miet bl-Ebola fil-25 ta’ Settembru.

Xi 3,400 persuna mietu b’din il-marda mindu din feġġet, l-aktar fil-punent tal-Afrika.