Minn din is-sena skolastika, madwar 350 student u studenta tal-Primarja f’20 Skola tal-Gvern, tal-Knisja u dawk Indipendenti bdew jagħmlu użu mit-tablets. Għal dan il-proġett-pilota, 32 għalliem u 21 Learning Support Assistant ngħataw taħriġ fuq bażi volontarja dwar l-użu tat-tablets.
Dalgħodu, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo żar l-Iskola Primaria tal-Imsida flimkien mad-Direttur tal-e-learning Emanuel Zammit. Bartolo qal li t-tablets li qed jintużaw ingħataw minn kumpaniji lokali u internazzjonali fuq self, b’investiment ta’ madwar €200,000.
Dan il-proġett-pilota se jwassal biex is-sena d-dieħla l-għalliema kollha tal-Year 4 jingħataw dan it-taħriġ ħalli mis-sena skolastika 2016, l-istudenti kollha tal-Year 4 jibdew jagħmlu użu minn tablet.
//= $special ?>