Lokali

Lebaniż fil-periklu tal-mewt wara li waqgħu xorok fuqu

Lebaniż ta’ 57 sena residenti l-Gżira jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li waqgħu fuqu numru ta’ xorok f’post li kien qed isiru fih xogħolijiet ta’ manutenzjoni. L-inċident seħħ kmieni waranofsinhar fi Triq il-Flotta fil-Gżira stess. Ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħol meta għal xi raġuni waqgħu fuqu x-xorok.

Fil-post waslet Ambulanza b’tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei wara li ngħata l-ewwel għajnuna fil-post. Hu kien iċċertifikat li ma jinsabx f’qagħda kritika. Madankollu, aktar tard, il-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-agħar tant li ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.