Mexxejja tal-Knisja Kattolika minn diversi pajjiżi bħalissa qed jingħaqdu mal-Papa Franġisku għas-Sinodu tal-Isqfijiet fil-Vatikan. Fuq l-aġenda tas-Sinodu hemm uħud mill-aktar kwistjonijiet li qed jolqtu lill-Knisja Kattolika, fosthom l-abort, il-kontraċettivi, l-omosesswalità u d-divorzju.
Dan is-Sinodu straordinarju se jdum ġimgħatejn u laqgħa oħra se ssegwi s-sena d-dieħla. Il-Papa Franġisku jrid lill-Isqfijiet biex verament jisimgħu lill-komunità Kattolika. F’isem id-Djoċesi Maltija qed jattendi għas-Sinodu l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech.