Minkejja li l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar kompromess, s’issa għadu ma tkellimx mal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Qal dan illejla l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien mistieden fil-programm Newsfeed fuq Net Television fejn fost diversi temi hu tkellem dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Simon Busuttil qal li f’Hong Kong il-Gvern Ċiniż qed jindaħal dwar min għandu jikkontesta l-elezzjoni. F’Malta il-Gvern jagħmel agħar minn hekk għax irid ineħħi l-elezzjonijijiet. Il-Gvern daħak f’wiċċ iż-żgħażagħ ta’ 16-il sena li l-ewwel tahom id-dritt tal-vot iżda mbagħad neħħielhom l-elezzjoni.
Simon Busuttil qal ukoll li qatt mhu se jċedi l-prinċipji tiegħu favur id-demokrazija.
Waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv nhar il-Ġimgħa filgħaxija, il-Partit Nazzjonalista approva l-ewwel grupp ta’ kandidati ġodda għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. Dawn il-kandidati, total ta’ 30, se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali mal-Partit Nazzjonalista għall-ewwel darba, u qatt ma kkontestaw l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali mal-Partit Nazzjonalista f’dik il-lokalita’ partikolari. Aktar minn nofs dawn il-kandidati għandhom anqas minn 40 sena.
//= $special ?>