Madwar id-dinja hawn b’kollox madwar 600 miljun tifel u tifla li jgħixu fil-faqar estrem, b’mod partikolari f’numru ta’ pajjiżi Afrikani. Fost dawn it-tfal, hemm ħafna li ma jirnexxielhomx isibu x’jieklu u allura jispiċċaw imutu bil-ġuħ.
F’dawn il-pajjiżi, il-Missjunarji Maltin jagħmlu ħafna xogħol biex jgħinu lit-tfal u lill-familji tagħhom. Waħda mill-għaqdiet li tirċievi d-donazzjonijiet tal-Maltin u twassalhom għand dawn it-tfal li tant għandhom bżonn hi l-Mission Fund, li tgħin lil persuni foqra f’40 pajjiż madwar id-dinja.
Biex tiġbor aktar flus għal dawn in-nies, il-Mission Fund u l-Każin tal-Banda l-Isle Adam fir-Rabat se jorganizzaw Maratona ta’ 50 siegħa snooker fil-Kazin tal-Banda fir-Rabat stess. Matul il-maratona, li se ssir matul tmiem il-ġimgħa li ġej, il-pubbliku se jkun jista’ jieħu sehem ukoll f’diversi attivitajiet oħrajn, fosthom ikla kbira fit-toroq tar-Rabat is-Sibt filgħaxija u divertiment live.
//= $special ?>