FUTBOL: Il-winger ta’ Real Madrid Gareth Bale ġie ivvutat bħala l-Aqwa Plejer tas-Sena ta’ Wales għar-raba’ darba konsekuttiva. Dan hu rekord fl-istorja tal-futbol f’Wales fejn Bale issa rebaħ l-unur darba aktar minn Mark Hughes u John Hartson.
Matul din is-sena Bale, li għandu 25, sena rebaħ iċ-Champions League, il-UEFA Super Cup u t-Tazza tar-Re.
S’issa, din is-sena l-eks plejer ta’ Tottenham skurja 21 gowl ma’ pajjiżu u mal-klabb. Fl-10 u fit-13 tax-xahar Bale se jkun impenjat f’żewġ partiti mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 kontra l-Bożnija u Ċipru rispettivament.
Intant, id-difensur ta’ Tottenham Ben Davies ġie ivvutat bħala l-Aħjar Plejer żagħżugħ tas-sena.
//= $special ?>
