Il-captain u gowlkiper ta’ Real Madrid Iker Casillas żvela li kien hemm mumenti fil-karriera tiegħu fejn ikkunsidra jitlaq lil Real. L-aħħar żewġ staġuni kienu kemmxejn diffiċli għal Casillas li mhux dejjem kien qed jibda mal-ewwel 11. F’kummenti li ta Casillas qal, “Dawn l-aħħar sentejn kienu diffiċli għalija. Kien hemm mumenti fejn ridt nitlaq biex ma nkunx ta’ piż fuq it-tim imma wara li qadt naħseb iddeċidejt li nibqa’ niġġieled biex nirbaħ posti lura mal-ewwel 11.”
Intant, gowlkiper ieħor li wkoll qal li kien se jitlaq lill-klabb tiegħu fil-passat hu dak ta’ Manchester Utd David De Gea li ngħaqad mar-Red Devils fl-2011 u l-ewwel snin tiegħu mat-tim kienu diffiċli. “Kien hemm drabi fejn ġejt ikkritikat bl-aħrax u kien hemm mumenti fejn ħsibt biex nitlaq imma dejjem ippruvajt nibqa’ pożittiv. Aktar ma beda jgħaddi żmien aktar bdejt nadatta ruħi fil-Premiership u llum ngħid li l-kritika għamlitli l-ġid,” qal De Gea.
//= $special ?>

