Il-kawża li l-familja Irlandiża fetħet fil-Qorti kontra l-kumpanija ARMS tefgħet raġġ dawl fuq kwistjoni li ilha tkaxkar għal numru ta’ snin.
Il-kwistjoni kollha ddur fuq iż-żewġ rati li għandha l-Kumpanija ARMS – ir-rata Residenzjali u dik Domestika (jew Non-Residenzjali).
Madanakollu jidher persuni li jikru proprjeta qed ikunu mitluba jħallsu r-rata domestika jew dik non-residenzjali u dan qed ifisser li qed jintalbu jħallsu ammont kbir ta’ flus iktar milli suppost.
Ara l-filmat b’kummenti minn Patricia Graham, li hija biss waħda minn dawk li kienet milquta minn din il-problema.
//= $special ?>