Il-Ministru tal-Intern Manwel Mallia jibqa’ jżomm il-pożizzjoni tiegħu li ma jippubblikax l-inkjesti dwar il-każi ta’ aggressjoni li twaqqgħu kontra persuna li aggreddiet erba’ pulizija u dwar il-każ ta’ Elton Taliana.
Mistoqsi x’inhuma r-raġunijiet wara d-deċiżjoni tiegħu l-Ministru Mallia qal li hemm diversi aspetti marbuta mad-deċiżjoni tiegħu.
Minkejja li hu stabbilit li l-inkjesti huma lesti, il-Ministru tal-Intern isostni li għad hemm diversi aspetti li jridu jkunu kkunsidrati qabel l-inkjesti jkunu ppublikati.
Mal-ġurnalisti, il-Ministru Mallia wieġeb ukoll dwar is-700 transfer li ngħataw fl-aħħar xhur ta’ Gvern Laburista.
Il-Ministru Mallia qal li d-dikjarazzjonijiet tal-Oppożizzjoni li dawn it-transfers huma politiċi jew vendikattivi hi biss allegazzjoni.
Skont il-Ministru responsabbli mill-pulizija, it-transfers intalbu mill-Pulizija.
F’Marsacala l-Ministru tal-Intern inawgura għassa tal-pulizija temporanja u qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jibda jkun hemm mobile van f’Paceville. Il-Ministru Mallia qal li din l-għassa mobile hi mgħammra b’kollox.
Dwar il-kriminalita’ f’Marsacala, il-Ministru Mallia sostna li ċertu tip ta’ kriminalita bħal vjolenza domestika naqset fil-lokal iżda żdiedu r-reati fuq uffiċjali pubbliċi. Hu ċahad li r-Rapid Intervention Unit se tieqaf u qal li din qed topera b’effiċjenza.
//= $special ?>