Internazzjonali

Hong Kong: Id-dimostranti jaqblu li jieħdu sehem f’taħdidiet mal-Gvern

Rappreżentanti tad-dimostranti favur id-demokrazija f’Hong Kong qablu li jieħdu sehem f’taħditiet mal-Gvern. Madankollu, ma tħabbret l-ebda data, hekk kif l-istudenti għamluha ċara li t-taħditiet jistgħu jitħassru jekk il-kumplament tad-dimostranti jitneħħew mit-toroq bil-forza.

Hekk kif il-protesti ssoktaw għat-tieni ġimgħa, il-folol bdew jonqsu. L-attivisti favur id-demokrazija qed jipprotestaw kontra l-pjani tal-Gvern Ċiniż li jagħżel il-kandidati qabel ma jsiru l-elezzjonijiet f’Hong Kong sentejn oħra.