Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ imħassba dwar dikjarazzjonijiet kontradittorji mill-Gvern

[headlines headline=”h3″ ]Il-PM u l-Ministru tal-Finanzi b’pożizzjoni differenti dwar l-importazzjoni minn Sqallija [/headlines]

Fi stqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li tinsab sorpriża bi stqarrija li għamel il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna dwar il-kompetizzjoni mhux ġusta meta l-ġimgħa l-oħra l-Ministru ddikkjara li “Jekk din tkun ġejja minn Sqallija, f’għajnejn l-Unjoni, qisha tidher ġejja minn Għawdex”.

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li, bħala organizzazzjoni li temmen bis-sħiħ fid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, hija dejjem tkellmet kontra kontrolli mhux meħtieġa mal-fruntiera. Madanakollu, hija dejjem saħqet li għandu jkun hemm ambjent kompetittiv u liberalizzat li għandu jkun regolat b’mod ġust permezz ta’ sorveljanza fis-suq.

Fid-dawl ta’ dan, fl-istqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ elenkat numru ta’ anomaliji fil-liġi li qed iwasslu biex ma jkunx hemm “level playing field” kompetittiv.

Il-Kamra tal-Kummerċ tgħid ukoll li l-kummenti tal-Ministru tal-Finanzi jistonaw mad-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li fit-3 ta’ Lulju ddikkjara li l-importazzjoni minn Sqallija ma għandiex tkun ittratta b’mod differenti u għandha tkun konformi mar-regoli Ewropej.

Fid-dawl ta’ din il-kontradizzjoni, il-Kamra tal-Kummerċ qed titlob lill-Gvern biex jieħu pożizzjoni formali dwar din il-kwistjoni.