Internazzjonali Saħħa

Investigazzjoni f’Madrid wara li infermiera Spanjola tinstab pożittiva għall-Ebola

Diversi investigaturi jinsabu f’Madrid wara li infermiera Spanjola saret l-ewwel persuna li nstabet pożittiva għall-marda tal-Ebola ‘l barra mill-Afrika. L-infermiera Spanjola, ta’ 40 sena, kienet waħda minn 30 ħaddiem fi sptar f’Madrid li kienet qed tieħu ħsieb żewġ Saċerdoti li mietu f’Awwissu u f’Settembru kawża tal-Ebola.

Il-Kummissjoni Ewropea talbet lil Spanja biex tispjega kif l-infermiera ġiet infettata. Ir-raġel tal-infermiera u membri oħrajn ta’ tim mediku qed ikunu mmonitorjati wkoll. L-infermiera kienet daħlet darbtejn fil-kamra fejn wieħed mis-Saċerdoti li kien qed jiġi kkurat. Fiż-żewġ okkażjonijiet kienet liebsa ilbies protettiv, li qajjem tħassib minħabba li qed jingħad li ma kienx adattat biżżejjed.