Aġġornata b’filmat – Ara l-kumment li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ta lill-midja waqt iż-żjara tiegħu fl-istituzzjonijiet edukattivi.
Aktar kmieni…
14:03 L-istituzzjonijiet edukattivi, bħall-Università, l-MCAST u l-Junior College fost oħrajn, għandhom dejjem jaraw x’qed toffri u x’qed issejjaħ l-ekonomija biex jibqgħu joffru tagħlim għal setturi tax-xogħol li għadhom qed jiżviluppaw. B’hekk biss, iż-żgħażagħ jistgħu jibqgħu kompetittivi meta jiffaċċjaw l-opportunitajiet ta’ impjiegi.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil saħaq dan waqt żjara fil-Junior College u fl-MCAST, fejn kellu ċ-ċans jiltaqa’ wkoll ma’ wħud mill-istudenti u jitkellem magħhom dwar x’qed jistudjaw jew x’ħajjarhom ikomplu javvanzaw fl-Edukazzjoni.
Fil-Junior College, Simon Busuttil iltaqa’ ma diversi għaqdiet tal-istudenti, li l-iskop tagħhom hu li jgħinu lill-istudenti jintegraw b’mod aħjar fl-istituzzjoni edukattiva. Fl-MCAST, hu żar Dipartimenti differenti, fejn tkellem wkoll ma’ wħud mil-Lecturers. Wieħed mid-Dipartimenti li żar kien il-Learning Support Unit (LSU), li jgħin lil studenti b’diffikultajiet fit-tagħlim.
Uħud mill-istudenti, li ħadu wkoll l-opportunità ta’ selfie mal-Kap tal-Oppożizzjoni, spjegawlu f’liema qasam qed jistudjaw u li eventwalment jixtiequ jispeċjalizzaw fih. Fost dawn l-istudenti, spikka student tal-MCAST li jixtieq jistudja dwar kif il-pajjiż jista ‘ jkollu ambjent sostenibbli. Dan l-istudent fisser lil Simon Busuttil kif iħossu mweġġa’ meta jara li xi proġett infrastrutturali jsir f’xi green area.
Simon Busuttil kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Joe Cassar, mill-Kelliem għaż-Żgħażagħ u l-Isport Robert Cutajar u mill-kandidati ġodda tal-PN Charlene Camilleri Zarb u Aaron Micallef.
//= $special ?>

