Internazzjonali

Qbil dwar taħditiet

HONG KONG: Rappreżentanti mid-dimostranti favur id-demokrazija f’Hong Kong qablu li jieħdu sehem f’taħditiet mal-gvern.

Ebda data ma xxandret iżda l-istudenti għamluha ċara li t-taħditiet jistgħu jiġu kkanċellati jekk il-kumplament tad-dimostranti jitneħħew mit-toroq bil-forza.

Hekk kif il-protesti ssoktaw għat-tieni ġimgħa, il-folol bdew jonqsu. L-attivisti favur id-demokrazija qed jipprotestaw kontra l-pjani taċ-Ċina biex tagħżel il-kandidati qabel ma jsiru l-elezzjonijiet f’Hong Kong sentejn oħra.

Id-dimostranti qed jisħqu li l-gvern ċentrali f’Beijing jippermetti li jsiru elezzjonijiet ħielsa sabiex jinħatar mexxej ġdid f’Hong Kong.

Sadattant il-konġestjoni tat-traffiku baqgħet tippersisti f’rotot prinċipali fuq Hong Kong Island u tul il-Port Victoria f’Kowloon.