Numru ta’ ħaddiema li għal snin twal ħadmu fil-Partit Nazzjonalista u fil-kumpaniji tiegħu u li issa teemmew il-karriera tagħhom, ingħataw rikonoxximent mill-Partit għall-impenn li huma wrew tul is-snin twal li damu jaħdmu fil-Partit Nazzjonalista.
F’diskors waqt li qassam rikonoxximent lil kull ħaddiem li temm il-karriera tiegħu mal-PN u l-kumpniji tiegħu, il-Kap tal-PN Simon Busuttil qal li l-PN japprezza bil-kbir il-ħidma li jwettqu l-impjegati tiegħu u sostna li l-ħaddiema li fil-passat ħadmu fil-PN u l-gazzetti tiegħu kienu ħaddiema determinati li mhux biss taw kontribut lill-partit iżda wkoll lill-pajjiż.
Il-Kap tal-PN qal li l-ħidma li dawn il-ħaddiema wettqu ġabet bidla fil-partit u fil-pajjiż u f’ħafna okkażjonijiet twettqet f’ċirkostanzi diffiċli li kien għaddej minnhom il-partit u l-pajjiż.
Simon Busuttil sostna li fl-aħħar xhur il-PN ħa deċiżjonijiet iebsa iżda importanti bl-iskop li l-partit u l-kumpaniji tiegħu jkunu sostenibbli u b’saħħithom biżżejjed biex jilqgħu l-isfida tal-futur.
Din hi grazzi ġenwina mill-Partit Nazzjonalista għall-ħidma li wettqtu, sostna l-Kap Simon Busuttil, waqt li ppreżenta tifkira lil kull impjegat li issa temm il-karriera tiegħu mal-PN. Għall-attivita attenda s-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said.
//= $special ?>