Arsenal ħadu l-aħbar ħażina li l-playmaker Mesut Ozil se jdum bejn 10 u 12-il ġimgħa barra mill-azzjoni minħabba injury f’irkopptu.
Nhar il-Ħadd Ozil lagħab il-partita kollha ma’ Arsenal kontra Chelsea imma meta ingħaqad mat-tim Ġermaniż ftit jiem wara ħass uġiegħ fl-irkoppa u wara testijiet li saru sar magħruf li se jkollu jdum barra tliet xhur.
//= $special ?>

