Fil-ġurnal in-Nazzjon t’għada se tiġi żvelata storja dwar każ ta’ frodi li globalmnt jammonta għal miljun ta’ ewro.
Fil-każ hemm involut negozjant Malti li allegatament ħarab minn Malta wara li gidem għadd kbir ta’ negozjanti li magħhom kien jagħmel xi forma ta’ negozju.
Il-Nazzjon ilu jsegwi dan il-każ għal dawn l-aħħar jiem wara li rċieva diversi telefonati mingħand negozjanti migduma wara li silfu flejjes kbar lil dan in-negozjant.
Il-ġurnalist li segwa din l-istorja, Joe Mikallef, mar ukoll fir-residenza ta’ dan in-negozjant f’ħinijiet differenti imma ma kien l-ebda tweġiba.
Ixtri l-ġurnal IN-NAZZJON ta’ għada l-Ħamis 9 ta’ Ottubru għar-rappurtaġġ estensiv u esklussiv ta’ din l-istorja.
//= $special ?>