AĠĠORNATA
Tarbija ma sofriet l-ebda ġrieħi wara li kienet involuta f’nirien li ħakmu appartament fil-Qawra tard filgħaxija. It-tarbija li nstabet fl-appartament ittieħdet l-isptar, madanakollu ġiet stabbilit li ma kienet qed issofri l-ebda ġrieħi.
Aktar kmieni…
1:21am: Appartament fil-Qawra safa maħkum minn nirien qawwija tard filgħaxija. Il-Pulizija kienu nfurmati bin-nirien, fi Triq Dawret il-Qawra, ftit wara l-11.30pm u mmedjatament intbagħtu fil-post numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar.
Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li r-rapport lill-Pulizija sar minn xi persuni li kienu mexjin fit-triq u nnutaw id-duħħan iswed ħiereġ mill-appartament, li jinsab fir-raba’ sular tal-blokka ta’ appartamenti.
Biex issir il-ħidma ta’ tifi tan-nar, it-triq kellha tingħalaq għal xi ħin. Mhux magħruf jekk kienx hemm persuni fl-appartament waqt il-ħin tal-każ, tant li mill-informazzjoni li għandna fil-post ma ssejħet l-ebda Ambulanza.
//= $special ?>