Ekonomija Lokali

Il-Forum ma jaqbilx maż-żieda ta’ €1.16 fil-ġimggħa

Il-Forum Unions Maltin (Forum) ma jaqbilx li ż-żieda fil-Budget 2015 għandha tkun ta’ €1.16. Sostna dan il-President tal-Forum Paul Pace f’kummenti lil The Malta Independent. Pace qal li din iż-żieda għall-għoli tal-ħajja hi inġusta.

Il-ġurnal ħa wkoll ir-reazzjonijiet ta’ diversi unions. Filwaqt li l-GWU ikkummentat li tixtieq li l-COLA tiġi aġġustata darbtejn fis-sena, il-Union Ħaddiema Magħqudin qalet li l-akbar tħassib hu ż-żieda fin-numru ta’ ħaddiema li qed jiddaħħlu mal-Gvern.