Kunsilli Lokali Lokali

Il-Kunsill Lokali tal-Furjana qatt ma ġie informat jew ikkonsultat dwar il-monument ta’ Bieb il-Belt

Il-monument li jirrappreżenta Bieb il-Belt u li tpoġġa fuq wara tal-Monument tal-Gwerra fil-Furjana “sar biss permezz ta’ notifika li min-natura tagħha lanqas biss tinġieb għall-attenzjoni ta’ Kunsill Lokali”. Iddikjara dan il-Kunsill Lokali tal-Furjana, f’ittra ffirmata mis-Sindku Nigel Holland.

Fl-ittra, il-Kunsill Lokali esprima d-diżapprovazzjoni tiegħu li dan il-monument lanqas biss għadda minn proċess ta’ skrutinju li jridu jgħaddu minnu proġetti u xogħlijiet ferm iżgħar u viżibbli. Holland esprima wkoll id-diżapprovazzjoni tiegħu li l-Fondazzjoni V18 lanqas informat jew ikkonsultat lill-Kunsill Lokali dwar dan il-proġett.

Il-Kunsill Lokali sostna li jkun aħjar li kieku qabel isiru dawn il-monumenti, isir restawr u tisbiħ tal-wirt kulturali, storiku u artistiku fil-pajjiż.