Internazzjonali

Il-Libja: Iddikjarat Stat Iżlamiku f’Derna

F’Derna fil-Libja, il-militanti iżlamici iddikjaraw Stat Iżlamiku u fuq l-internet qed jiċċirkola filmat tagħhom jiċċelebraw fit-toroq tal-belt. Il-grupp qal ukoll li issa kien issieħeb mal-grupp tal-ISIS. Il-Mibgħut Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għal-Libja wissa li kienet biss kwistjoni ta’ żmien qabel il-preżenza tal-ISIS fil-Libja tissaħħaħ u tinfirex jekk is-sitwazzjoni fil-pajjiż tibqa’ kif inhi.

Sadanittant, il-Pulizija f’Londra arrestat erba’ persuni b’rabtiet mal-ISIS, li kienu qed iħejju atti ta’ terrur. Il-każ kien deskritt bħala serju ħafna.