Lokali

ILLUM FUQ NET: “Fi kwarta ħlistha mill-mewt darbtejn” – Rene Rossignaud waqt Big Time

L-esperjenzi sbieħ u koroh tal-fotografu Rene Rossignaud illum waqt Big Time fl-4.05pm fuq NET Television. Waqt intervista mal-preżentaturi tal-programm Francesca Zarb u Maxine Pace, il-fotografu Malti jirrakkonta kif f’temp ta’ 15-il minuta ħelisha darbtejn mill-mewt meta kien fuq xogħol bħala fotografu bejn l-Eġittu u l-Iżrael.

Fost l-oħrajn jirrakonta wkoll episodju ieħor meta kien ħiereġ fuq żiemel mis-Sirja għall-Ġordan u safa attakkat. Kawża ta’ dan, iż-żiemel li kien fuqu ntlaqat minn tiri u Rene waqa’ minn fuqu u spiċċa kiser żewġ kustilji. Jirrakonta wkoll dwar esperjenzi ma’ stitel internazzjonali taċ-ċinema u tal-mużika.

Dan u ħafna aktar waqt Big Time, illum waranofsinhar fuq NET Television. Big Time jixxandar mit-Tnejn sal-Ħamis fl-4.05pm u għandu produzzjoni ta’ Mark Azzopardi.

(Ritratt: Zoom In Photography)