KARATE: L-atleti mill-Federazzjoni Maltija tal-Karate dan l-aħħar marru tajjeb ferm fil-Kampjonati Open tal-Polonja organizzati fi Bielsko Biala. Il-Maltin spiċċaw fit-tielet post fost 14-il pajjiż parteċipanti.
It-23 atleta Maltin rebħu 24 midalja – sebgħa tad-deheb, tmienja fidda u disgħa bronż – għal riżultat li jagħmel unur lil pajjiżna.
Intant, il-President tal-Federazzjoni Maltija, Kenneth Abela, faħħar il-kapaċitajiet tal-atleti li anki jirriflettu d-dedikazzjoni u d-determinazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ li jirnexxu fl-isport.
Fil-kampjonati tal-Polonja ħadu sehem 800 kompetitur minn 16 il-pajjiż, fosthom l-Awstralja, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Ingilterra, Georgia, l-Italja, l-Ġappun, in-Norveġja, il-Polonja, ir-Russja, l-Iskozja u s-Slovakkja. Il-kompetituri kienu involuti fil-kategoriji Kata u Kumite (sparring).
L-iskwadra Maltija fil-Polonja kienet akkumpanjata mill-Kowċ Nazzjonali, is-Sensej Michelle Vella, bħala Kap tad-Delegazzjoni u s-Sensej, Anthony Zammit, bħala referee.
//= $special ?>