Kurżitajiet Lokali

Ma ħarabx biex il-ħabsin l-oħra setgħu jorqdu

Minn Genevieve Galea
Priġunier li pprova jaħrab f’nofs ta’ lejl mill-ħabs ta’ Montana spiċċa biex ta ruħu b’idejh sabiex il-priġunieri l-oħra jkunu jistgħu jorqdu.
Kien il-kriminal stess, Simeon Keith Lippert, li għandu 24 sena li uża l-inetrcom tal-ħabs u talab lill-uffiċjali biex jarrestawh ħalli sħabu jkunu jistgħu jorqdu. Dan għaliex biex jipprova joħroġ mill-ħabs kien qed jagħmel wisq storbju waqt li għaddej mill-pajpijiet.
Hu tressaq il-qorti u ngħata garanzija personali ta’ $225,000.