Statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) tindika li f’Awwissu rega’ kien hemm tnaqqis fl-esportazzjoni. L-istatistika tindika li, meta mqabbel ma’ Awwissu 2013, l-esportazzjoni naqset bi €42 miljun. L-istatistika turi wkoll li jekk wieħed iqabbel l-ewwel tmien xhur tal-2014 mal-istess xhur tal-2013, l-esportazzjoni f’pajjiżna naqset b’aktar minn €86 miljun.
Min-naħa l-oħra, l-istatistika tal-NSO turi żieda ta’ €50 miljun fl-importazzjoni f’Awwissu 2014 meta mqabbel ma’ Awwissu 2013. Din iż-żieda fl-importazzjoni hi riflessa wkoll f’żieda ta’ €40 miljun fl-ewwel tmien ta’ din is-sena meta mqabbel mal-istess tmien xhur tas-sena li għaddiet. Minkejja din iż-żieda fl-importazzjoni, id-differenza bejn l-importazzjoni u l-esportazzjoni kompliet tikber.
F’Awwissu 2014 din id-differenza kienet ta’ ftit aktar minn €245 miljun, jiġifieri żieda ta’ ftit aktar minn €92 miljun meta mqabbel ma’ Awwissu 2013.
//= $special ?>