L-aġir tal-Gvern li baqa’ sal-aħħar jagħti impressjoni żbaljata li l-miri dwar il-bini l-ġdid tal-Parlament se jintlaħqu, u kellu jkun fl-aħħar għaxart ijiem li ammetta li l-mira ma ntlaħqitx, bil-Gvern ukoll jonqos li jagħti spjegazzjoni għal dan in-nuqqas, tfisser sintomu ta’ Gvern Laburista li jgħidlek mod u jagħmel ieħor.
Mal-ġurnal In-Nazzjon, il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius qal li dan l-aġir juri wkoll Gvern li mhux kapaċi jerfa’ r-responsabbiltà politika u qed jibda x-xejra li l-Gvern qatt m’għandu t-tort, filwaqt li dejjem għandu t-tort ħaddieħor. Fl-intervista, David Agius qal li meta, waqt żjara li saret fis-sit fis-sajf li ghadda, id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina ġibed l-attenzjoni tal-Ministru Mizzi li x-xogħolijiet għadhom lura u li mhux se jitlestew qabel Novembru, il-Ministru Mizzi qal li issa hu hawn bħala Ministru u x-xogħol se jkun lest.
David Agius fisser li l-Oppożizzjoni qed tieqaf lill-Gvern u tiġbidlu kontinwament l-attenzjoni biex jirrispetta lill-Parlament minflok jibqa’ għaddej bl-attitudni ta’ xejn mhu xejn. L-Oppożizzjoni se tibqa’ tinstiti li tkun informata dwar x’ġara ħażin fl-miri tal-Gvern, eżatt minn meta fi Frar li għadda l-Gvern kien qed jgħid li hu on track, kif ukoll x’ġara meta kien dikjarat mill-Gvern f’Lulju li għadda li x-xogħol kien fi stadju avvanzat, sostna l-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.
//= $special ?>