Qorti

Fir-raba jum tal-guri kontra George Xuereb xehed l-akkuzat

George Xuereb ta’ 49 sena mill-Marsa, ċaħad l-involviment tiegħu fil-każ tal-“hold up” aktar minn 18-il sena ilu u qal li l-erba’ persuni l-oħra li ssemmew fil-każ lanqas biss jafhom. Huwa qal li meta għaqqad kollox flimkien irriżulta li l-mara tiegħu kellha x’taqsam ma’ pjan biex lilu toskurah.

Huwa qal li kollox kien ippjanat kontrih u li għal 18-il sena sħaħ kien maqbud qiesu f’gaġġa fejn la seta jsiefer u ma jagħmel xejn. F’ħafna mill-ħinijiet waqt li beda jixhed Xuereb beda jolfoq u jibki u jgħid li għadda minn martirju.

Xuereb xehed fir-raba’ jum tal-ġuri fil-konfront tieghu, li jinsab għaddej ġuri quddiem l-Imħallef Michael Mallia mixli li f’Marzu ta’ 18-il sena ilu ipprova joqtol żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija wara “hold-up” li kien sar minn tliet irġiel fuq il-fergħa tal-Mid-Med Bank, ta’ St. Andrews.