Il-Franċiż Patrick Modiano, li ppubblika l-ewwel ktieb tiegħu fl-1968, ‘La Place de l’Etoile’, ilbieraħ tħabbar bħala r-rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura għal din is-sena.
Hu kien ippremjat għall-kitba tiegħu dwar il-ħajja fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Modiano, li għandu 69 sena, rebaħ diversi premjijiet tul il-karriera tiegħu. Hu jgħix Pariġi imma ma tantx iħobb jidher fil-pubbliku, u l-Kumitat tan-Nobel qal li ma rnexxilux isibu biex jinfurmah li kien rebaħ.
//= $special ?>