Residenti ta diversi lokalitajiet madwar Malta fosthom Hal-Lija u l-Iklin fl-aħħar, wara iktar minn 31 siegħa, kisbu lura s-servizz tal-ilma.
Madankollu fuq facebook diversi persuni ilmentaw minn danni li sofrew minħabba min dan l-ilma kien mimli sadid.
Fost l-oħrajn, persuni kitbet li spiċċat b’ load ħwejjeġ kanella, imtebbà bis-sadid.
Persuni oħra tellgħet ritratt tal-filters fil-kċina tagħha mimlija sadid.
Minkejja li din hi ħaġa normali, li wara qtugħ fil-provvista tal-ilma għall-ewwel dan jirritorna bis-sadid li jkun inġemà fil-katusi, persuni li tkelmu magħna qalulna li issa ilhom għal ħin esaġerat bla ilma.
Oħrajn spjegawlna li kellhom jidħlu fi spejjeż biex jimlew it-tankijiet jew il-bjar tagħhom.
//= $special ?>