Futbol Sport

Ikomplu t-taħdidiet bejn Sliema u Azzopardi

Stephen Azzopardi hu aktar viċin li jingħaqad ma’ Sliema Wanderers. Filwaqt li l-President tal-klabb Ketih Perry ċaħad rapporti li Azzopardi diġa’ iffirma mal-Wanderers, dan fl-istess ħin, qal li hu fiduċjuż li Azzopardi se jkun maħtur bħala kowċ. Jekk Azzoppardi jkun maħtur kowċ ta’ Sliema jieħu post it-Taljan Alfonso Greco. Għalih tkun it-tieni darba fil-karriera tiegħu li jkun qed imexxi lil dan il-klabb. Hu kien kowċ ta’ Sliema bejn l-2007 u l-2010. Dan l-istaġun Sliema kellhom bidu negattiv fejn rebħu biss darbtejn u qegħdin fis-seba’ post.