Il-UEFA m’hijiex lesta biex tibdel ir-regoli biex tadatta għall-proposta li qed jagħmlu l-kapijiet tal-Premiership Ingliż. Dan qalu s-Segeretarju Ġenerali tal-UEFA Gianni Infantino. Il-kapijiet tal-Premier League qed jitolbu biex ġurnata mill-kampjonat tintlagħab kollha barra l-pajjiż. Dan ovvjament ifisser dħul kbir ta’ flus għall-klabbs Ingliżi li huma segwiti kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fl-Asja.
Fl-2008 kien hemm diġa’ spekulazzjonijiet li programm mill-Premier League jintlagħab f’kontinent ieħor u f’kummenti li ta Infantino qal, “Din il-proposta se tiġi diskussa imma nemmen li bħal ma ġara fl-2008, mhux se tiġi aċċettata.”
Matul dan is-sajf Man Utd marru fuq tour tal-preseason fl-Istati Uniti u fil-logħba kontra Liverpool f’Miami kien hemm jarawhom 51 elf ruħ filwaqt li fil-partita kontra Real Madrid f’Michigan kien hemm 109 elf ruħ. Dawn l-attendenzi kbar bla dubju huma r-raġuni għaliex il-kapijiet tal-Premier League qed jagħmlu pressjoni biex xi logħob jintlagħab barra mill-Ingilterra.
//= $special ?>

