Fl-Awstralja, infermiera li kienet qed taħdem fi Sierra Leone qed tinżamm f’iżolament minħabba suspetti li setgħet mardet bl-Ebola.
Sadanittant, fi Spanja jidher li l-infermiera li spiċċat infettata bl-Ebola mardet wara li misset wiċċha x’ħin kienet qed tneħħi l-ilbies protettiv. Rapporti qed jgħidu li hemm madwar 50 persuna oħra taħt osservazzjoni minħabba l-possibbilta li huma wkoll mardu.
Wara dawn il-każijiet, fi Spanja hemm ukoll sejħa għar-riżenja tal-Ministru tas-Saħħa għax jidher li kien hemm ħafna nuqqasijiet fit-tħejjijiet li saru. Kien hemm ukoll protesti quddiem l-Isptar minħabba d-deċiżjoni tal-Gvern li bħala prekawzjoni jinqatel il-kelb tal-infermiera.
//= $special ?>